Mar
23
Laqgħa tal-Presidenti tal-Kumitati dwar l-Affarijiet Soċjali
The Grand Hotel Excelsior
Great Siege Road
Floriana
Laqgħa tal-Presidenti tal-Kumitati dwar l-Affarijiet Soċjali
The Grand Hotel Excelsior Great Siege Road Floriana
23/03/2017 15:00
24/03/2017 22:30

DWAR

L-UE stabbiliet l-2020 bħala s-sena mira sa meta 20 miljun persuna għandhom joħorġu mill-istat ta’ faqar u/jew esklużjoni soċjali li jinsabu fih. Dan l-impenn li ħadu l-mexxejja tal-UE ġie b’riżultat ta’ statistika allarmanti li turi li aktar minn 120 miljun persuna fl-Ewropa jinsabu f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali.  

 
 
Il-Laqgħa tal-Presidenti tal-Kumitati dwar l-Affarijiet Soċjali se tlaqqa’ flimkien il-presidenti tal-kumitati parlamentari relevanti biex jiddiskutu l-kwistjoni tal-faqar u l-esklużjoni/inklużjoni soċjali fid-dawl tas-sitwazzjoni prevalenti fl-Ewropa. Il-laqgħa mhux biss se tevalwa x’kisbet l-Ewropa, iżda wkoll l-aspirazzjonijiet għall-futur u kif beħsiebha tasal għalihom.
 

 
 
Matul is-sessjonijiet, il-Presidenti se jkollhom l-opportunità li jaqsmu bejniethom l-aħjar prattiki li għenu fil-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali fil-pajjiżi rispettivi tagħhom u li jistgħu jservu ta’ ispirazzjoni għal membri parlamentari sħabhom.​
​​​
​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​

Multimedia