Din il-Konferenza Interparlamentari dwar l-Istabbiltà, il-Kordinazzjoni Ekonomika u l-Governanza fl-Unjoni Ewropea hija organizzata skont Artikolu 13 tat-Trattat dwar Stabbiltà, Koordinazzjoni u Governanza fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja. Fl-ewwel semestru tal-2017, il-Konferenza se tkun kopreseduta mill-kumitati relevanti tal-Kamra tad-Deputati ta’ Malta u tal-Parlament Ewropew, u ser tinżamm fil-Parlament Ewropew fi Brussell.
Il-Konferenza Interparlamentari li se tiġi organizzata fil-qafas tal-Ġimgħa Parlamentari Ewropea 2017 se tiddiskuti l-benchmarking tar-riformi nazzjonali biex tippromwovi t-tkabbir sostenibbli u l-impjiegi; il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali; stock taking tal-implimentazzjoni tal-Patt Fiskali; u r-rwol tal-programmi ta’ assistenza finanzjarja u tal-MES biex tiġi ssalvagwardjata l-istabbiltà tal-ewro.