Apr
26
Konferenza Interparlamentari għall-PESK/PSDK
Hilton Hotel Malta
St. Julian's
Konferenza Interparlamentari għall-PESK/PSDK
Hilton Hotel Malta St. Julian's
26/04/2017 00:00
27/04/2017 00:00

DWAR

Filwaqt li jiġi rrikonoxxut r-rwol ewlieni tal-kumitati parlamentari dwar l-affarijiet barranin fid-disinn u l-implimentazzjoni tal-politika barranija tal-UE, il-Konferenza Interparlamentari għall-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni/Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (PESK/PSDK) tlaqqa’ d-delegazzjonijiet tal-parlamenti nazzjonali tal-Istati Membri tal-UE u pajjiżi oservaturi, u dawk tal-Parlament Ewropew biex jiddiskutu kwistjonijiet topiċi f’dan il-qasam ta’ politika.
 
Il-Konferenza li se tiġi organizzata mill-Kamra tad-Deputati ta’ Malta se tittratta, fost oħrajn, is-sitwazzjoni attwali tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, is-sitwazzjoni prevalenti fin-Nofsinhar tal-Mediterran u fir-reġjuni tal-Lvant Nofsani , kif ukoll tiddiskuti l-prijoritajiet u l-istrateġiji tal-UE fl-oqsma tal-PESK u l-PSDK flimkien mar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà.
​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​

Multimedia