Il-President tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Luciano Busuttil jippresiedi fuq il-laqgħa tal-Presidenti tal-COSAC


23-Jan-2017
 
Fit-22 u t-23 ta’ Jannar 2017, il-Kamra tar-Rappreżentanti Maltija ospitat l-ewwel laqgħa fl-ambitu tad-Dimensjoni Parlamentari tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Il-laqgħa tal-Presidenti tal-Konferenza tal-Kumitati għall-Affarijiet Ewropej tal-Parlamenti tal-Unjoni Ewropea (COSAC) tlaqqa’ flimkien lill-Presidenti tal-Kumitati għall-Affarijiet Ewropej tal-Parlamenti Nazzjonali tal-Unjoni Ewropea, lil membri tal-Parlament Ewropew u lil pajjiżi osservaturi.

L-għan ewlieni tal-laqgħa tal-Presidenti hu t-tħejjija tal-aġenda tal-LVII COSAC, li se jiltaqgħu f’Malta bejn it-28 u t-30 ta’ Mejju 2017. Il-COSAC hu l-forum primarju fejn il-membri parlamentari jiltaqgħu għal skambju tal-aħjar prattiċi u informazzjoni dwar l-irwol u r-relazzjoni mal-Unjoni Ewropea u l-Istituzzjonijiet Ewropej.

L-avveniment fuq jumejn beda b’laqgħa tat-Trojka Presidenzjali. It-Trojka attwali hi ppreseduta minn Malta u magħmula mis-Slovakkja, l-Istat Membru li ppreċeda l-Presidenza kurrenti u l-Estonja li se tieħu f’idejha l-Presidenza li jmiss fit-tieni nofs tal-2017.
Fit-23 ta’ Jannar, il-laqgħa tal-Presidenti tal-COSAC se laqqgħet flimkien iktar minn 100 delegat u se jiddiskutu l-aġenda mfassla mill-Kamra tar-Rappreżentanti Maltija. Id-diskussjoni ffokat fuq il-prijoritajiet tal-Presidenza Maltija u l-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni għall-2017. 

Il-Konferenza ngħatat bidu mill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, Anġlu Farrugia. Il-kelliema ewlenin indirizzaw lid-delegati jinkludu l-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Manifest Elettorali Louis Grech, il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis u tal-ewwel Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Frans Timmermans.

L-aġġornamenti u d-dokumenti neċessarji relatati ma’ din il-laqgħa huma disponibbli fuq is-Sit tad-Dimensjoni Parlamentari  www.parl.eu2017.mt. 

Il-laqgħa tal-Presidenti tal-
COSAC it-Tnejn 23 ta’ Jannar 2017 ġiet mxandra b’mod dirett fuq 
https://livestream.com/meetingofthechairpersonsofcosac2/events/6896850 Il-proċedimenti se jintwerew bl-Ingliż fuq is-sit: https://livestream.com/accounts/23069822/events/6896837